top of page

Interċessjoni

Itlobu għal Fr Hayden skont kif inebbaħkom l-Ispirtu s-Santu w itolbu għal dawn il-5 intenzjonijet partikolari li l-Kattoliċi jistgħu jużawhom ukoll bħala misteri tar-Rużarju.

Interċessjoni

Fr Hayden japprezza u jħoss il-bżonn tat-talb ta’ interċessjoni li jsostni il-ħajja u l-ministeru tiegħu.

“Ngħid għalina, ħuti, meta aħna għal xi żmien konna mbiegħda minnkom, mill-għajn u mhux mill-qalb, kemm fittixna biex naraw lil wiċċkom, xewqana għall-aħħar li narawkom! Għalhekk ridna niġu għandkom, jien, Pawlu, għal darba darbtejn; imma x-xitan fixkilna. Min hu t-tama tagħna, il-ferħ tagħna, il-kuruna tagħna, il-foħrija tagħna, għal quddiem Sidna Ġesù f'jum il-miġja tiegħu? Intom, u ħadd iżjed. Intom il-glorja u l-ferħ tagħna !” (1 Tess 2:17-20).

2. Itolbu għall-ħarsien mill-qawwa tax-Xitan

“Meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f'Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf l-art” (Atti 1:8).

1. Itolbu għad-dilka u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu

Kanal ta’ Interċessjoni
Niżżel Telegram

“Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b'kull xorta ta' talb u f'kull ħtieġa, ishru fih bla ma tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet tal-qaddisin kollha. Itolbu għalija wkoll, biex meta niftaħ fommi tingħatali l-kelma, ħalli b'wiċċi minn quddiem inxandar il-misteru ta' l-Evanġelju, li tiegħu jiena l-ambaxxatur fil-ktajjen. Jalla jien u nxandar nkun nista' nitkellem b'wiċċi minn quddiem kif għandi nagħmel”

(Efes 6:18-20).

4. Itolbu għad-don tal-Kelma u tal-qawwa

“Żommu sħiħ fit-talb, ishru fih b'radd ta' ħajr lil Alla. Itolbu wkoll għalina, biex Alla jiftħilna l-bieb għall-kelma u nxandru l-misteru ta' Kristu, li minħabba fih jien marbut bil-ktajjen. Itolbu ħalli jiena nxandru u nitkellem fuqu kif għandi nitkellem” (Kol 4:2-4).

3. Itolbu biex jinfetħu bibien ġodda

“Issa mela, Mulej, ħares lejn it-tehdid tagħhom, u agħmel li l-qaddejja tiegħek ixandru kelmtek bil-kuraġġ kollu. U midd idek biex isiru fejqan u sinjali u mirakli permezz ta' l-isem tal-qaddej qaddis tiegħek Ġesù." Kif spiċċaw jitolbu, il-post fejn kienu miġbura theżheż, u lkoll imtlew bl-Ispirtu s-Santu u bdew ixandru l-kelma ta' Alla bil-kuraġġ kollu”

(Atti 4:29-31).

5. Itolbu biex ix-xandir tal-Kelma jkun imsieħeb bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu

bottom of page